Il-Misteru tat-Traffiku go Malta

It-traffiku huwa wiehed mill-aktar suggetti diskussi.  U kullhadd jghid li sab is-soluzzjoni.  Kieku tajjeb.  Kieku solvuta l-problema w barra bid-daqq.  Fil-verita’, ftit hemm soluzzjonijiet li huma politikament accettabbli.

Mur gib kieku ghandek permess tuza l-karrozza skond il-numru tar-registrazzjoni jekk hux bil-fard jew le.  Il-gvern li jintroduci tali sistema, li hadmet f’pajjizi ohra, lanqas jerga jitla’ zgur.

Mur gib kieku tista’ tixtri karrozza gdida biss jekk ikollok garaxx.  Kieku li tixtri garaxx jew car space jigi jiswik aktar milli biex tixtri appartament!  Il-gvern li jintroduci tali sistema, li hadmet f’pajjizi ohra, lanqas jerga jitla’ zgur.

Mur gib kieku biex tohrog karrozza, id-dritt ta’ licenzja tat-triq trid tixtrih b’irkant.  Kieku l-licenzja tigi tiswa aktar mill-karrozza nfisha.  Il-gvern li jintroduci tali sistema, li hadmet f’pajjizi ohra, lanqas jerga jitla’ zgur.

Wahda mis-soluzzjonijiet li ilha tixxejjer mar-rih taz-zewg partiti politici hija il-famuza sistema ta’ RAPID MASS TRANSIT.  Hemm min jirreferi ghaliha bhala light rail jew tramm jew bhala metro.  Sahansitra riklam politiku kien hemm ta’ wahda qed tpingi tali sistema.  Imma meta ser nikbru ftit?  Naghmlu bhan-naghag ta’ Bendu.  Ipaspar wiehed u kulhadd ipaspar bhalu.  Mill-proposti politici kollha li rajt, l-ebda wahda ma’ kienet tghid kemm ser tiswa biex tinbena tali sistema, kemm ser tiswa biex thaddem tali sistema nkuzi mpjegati w infrastruttura w servizzi w kemm ser tiswa biex tmantni tali sistema.  Imbaghad jinhadem kemm hu stmat li ser tintuza w jinhareg indikazzjoni ta’ noll.  Qed nghid hekk ghax konxju ta’ x’inhuma tali cifri w ghalhekk jaqbadni dahk kbir specjalment meta naf li tigi orhos jekk minflok jaghmlu t-trasport pubbliku kompletament b’xejn!

Barra minn hekk, tali sistema, fil-qafas tal-pajjiz taghna, ser tkun lineari.  Ghaldaqstant, xorta trid x-xarabanks li jwasslu mill-istazzjonijiet sal-irhula u zoni residenzjali sabiex ikollok permeabilita’ accettabbli fiz-zoni urbani.  Dan kollu qed nghidu li jrid isehh fuq din il-bezqa ta’ gzira f’nofs il-Meditterran li lanqas biss tidher fuq il-mappa tad-dinja.  Mur gibna kieku konna go l-Amerka.  Kieku probabbilment noholmu li rridu sistema li tahdem bl-ispace shuttle!  Naraw kbir wisq.

U min fejn minghalihom li ser tghaddi din is-sistema ta’ tramm jew x’inhu li qed jipprinzipjaw?  Jew minn go l-ghelieqi tan-nies u ssir esproprazzjoni li tigi tiswa aktar mis-sistema nfisha.  Jew minn got-toroq ezistenti allura jonqsu l-karreggjati ghat-traffiku bil-vetturi li nafu llum il-gurnata.  Jew jitnehha mizibilju parking biex minflok tghaddi t-tramm.  Jew inkella tigi sistema sospiza fl-ajru bin-nies tat-tramm jittawwlu gol-kmamar tas-sodod matul ir-rotta.  Dik visual impact eh!  Hekk iridu l-Maltin.  Kullhadd inemmes u jissindika.

Ejja nkunu aktar prattici.  Ghamilna National Transport Plan.  Bicca xoghol bulija.  Kotba hoxnin, kollha stampi w cifri.  Kellna ngibu rigment konsulenti barranin bhas-soltu ghax, Alla jbierek, ma sibniex cuc Malti li jaf jaghmlu dan il-pjan fenomenali!!  U kellna programmi tal-kompjuter sofistikati biex jghidulna fejn ghandna problema tat-traffiku u fejn ser tikber aktar tali problema.  Anki jekk tistaqsi lit-tfal tal-iskola li jduru bil-vann ma’ Malta darbtejn kuljum kapaci jghidulek fejn ghandna problema tat-traffiku.  Fil-fehma tieghi, dan id-dokument elenka l-principji bazici tat-trasport biex jigu xprunati mezzi alternattiv ta’ transport fil-futur boghod, izda xorta ma jfassal l-ebda pjan jew proposta tangibbli w fattwali dwar kif ser insolvu l-problemi tat-traffiku li ghandna illum u fil-futur qarib.

Hafna zoni fejn hemm kongestjoni jistghu jissolvew bi progetti medji.  Ha naghti ezempju.  L-inkrocju tal-Addolorata fil-Marsa ha nifs meta nfethet it-triq mill-Bacir Numru 7.  Dan uriena li forsi mhux sistema fenomenali ta’ flyovers ghandna bzonn imma sempliciment sbokk iehor.  Triq ohra. Ghax biex tibni dawk il-flyovers kollha, triq tqatta’ barriera bl-ammont ta’ konkos li trid tuza’.

Ezempju iehor huwa kif il-kongestjoni tat-traffiku fil-Kappara, tul Triq Regjonali ssolva meta r-rawndabawt bdiet tintuza bhala stil hamburger.  Il-kongestjoni tat-traffiku tul ix-Xatt tas-Sliema w Gzira, ssolva meta gie rrangat quddiem Manoel Island u ta’ Xbiex sar traffiku f’direzzjoni wahda.

Ezempju iehor, meta Triq Geronimo Abos gol-Iklin giet ‘l isfel f’direzzjoni wahda u tranga l-access temporanjament ghal fuq Triq Dun Karm.  Il-kongestjoni tat-traffiku gon-Naxxar spiccat.

Ezempju iehor, fi Triq tal-Balal go San Gwann ‘l hinn mill-kunsill lokali.  L-arrangamenti temporanji solvew ukoll il-problemi tal-kongestjoni tat-traffiku li kien hemm qabel b’mod permamenti.

Dan huwa xoghol ta’ mmanniggjar tat-traffiku li hadd ma japprezza ghax kullhadd jiehdu for granted.  Dawn it-tip ta’ s-soluzzjonijiet huma l-mod ta’ kif nistghu nindirizzaw il-problemi ta’ kongestjoni fil-prezent u fil-futur qarib.  Progetti sofistikati li jindirizzaw l-problemi ghall-futur aktar imbieghed hemm bzonnhom.  Fl-isfond ta’ dan insemmu li huwa ferm importanti li jigu mfasslin strategiji w pjanijiet sabiex insahhu is-sistema tat-toroq u nkrocji ezistenti u sabiex jintuzaw mezzi alternattivi ta’ transport izda tali mezzi jridu jkunu prattici, li jaqdu l-bzonnijiet tac-cittadini w li jkunu ghall-but ta’ kullhadd.

Fil-frattemp, ic-cittadin qieghed hemm gox-xemx jistenna fit-traffiku.

Shana Guz!