L-Għaqda Ewropea tat-Tobba tal-Familja b’tifħir lejn il-Presidenza Maltija fil-qasam tas-saħħa

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/19/l-ghaqda-ewropea-tat-tobba-tal-familja-btifhir-lejn-il-presidenza-maltija-fil-qasam-tas-sahha/

L-Għaqda Ewropea tat-Tobba tal-Familja (UEMO) faħħret ix-xogħol li sar mill-Presidenza Maltija fil-qasam tas-saħħa, speċjalment dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda fuq l-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal.

Il-UEMO qalet li l-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal hija problema ta’ saħħa li qed tolqot il-pajjiżi Ewropej kollha u li qed twassal għal aktar kumplikazzjonijiet ta’ saħħa aktar ’il quddiem u li għalhekk huwa tajjeb li l-problema tiġi miġġielda minn kmieni.

Fi stqarrija l-UEMO qalet li l-konklużjonijiet tal-kunsill li ġew adottati nhar il-Ġimgħa li għadda huma bidu tajjeb għal kif l-Isati Membri għandhom jiġġieldu din il-kwistjoni. Il-UEMO qalet li bħala tobba tal-familja huma konxji dwar l-importanza tal-obeżità fit-tfal biex jipprevjenu mard ieħor fil-futur.

Il-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Saħħa, mmexxija mill-Ministru Malti Chris Fearne bħala President tal-Kunsill addottaw il-konklużjonijiet tal-kunsill waqt laqgħa li saret fil-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa li għadda.