Kif ser jinbnew b’700miljun Ewro f’Toroq f’Seba’ Snin?

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/18/kif-ser-jinbnew-b700miljun-ewro-ftoroq-fseba-snin/

Il-Ministru ghat-Trasport il-gdid, Dr Ian Borg, huwa determinat li bit-tim li ghandu fi hdan l-Awtorita’ tat-Trasport ser iwettaq il-weghda elettorali li jibni b’kemm jiswew 700miljun Ewro f’toroq f’seba’ snin.  Dan ifisser li ser jinbdew, bejn wiehed u iehor, b’100miljun Ewro toroq kull sena.

Tajjeb min ifakkar li l-progett ta’ Triq il-Kosta gie jiswa madwar 50miljun Ewro w l-awtorita’ kellha problema sabiex isir dan ix-xoghol fi zmien sentejn bil-kuntratturi lokali ghax ma bdewx ilahhqu max-xoghol.  Dan ix-xoghol sar f’perjodu ta’ sentejn ghaldaqstant intefqu madwar 25miljun Ewro fis-sena.

Nistghu facilment nargumentaw li nsibu kuntratturi barranin biex jahdmu dawn it-toroq izda probabbilment xoghol ta’ toroq residenzjali mhumiex il-generu li jinteressaw kuntratturi barrani minhabba ekonomiji ta’ skala.  Sabiex tithaddem sistema amministrattiva li tlahhaq ma’ 100miljun Ewro xoghol fis-sena jrid jigi msahhah id-Direttorat tat-Toroq sabiex ikun hemm bizzejjed nies li jkopru x-xoghol ta’ quantity surveying, land surveying, preparazzjonijiet ta’ tenders, evalwazzjonijiet ta’ tenders, permessi w koordinazzjoni ghall-gheluq ta’ toroq, koordinazzjoni mas-servizzi, ett…Weghda bhal din hija ambizzjuza w biex twettaqha nahseb li jrid ikun hemm aktar kontroll fuq l-operat tal-kuntratturi.

Mod kif din il-weghda tista’ ssehh hija jekk l-awtorita taqbad il-barri minn qrunu w iddahhal sistema bis-serjeta ta’ Klassifikazzjoni tal-Kuntratturi.  Ghaldaqstant, il-kwalita’ tax-xogholijiet, il-perjodi ta’ tlestija tax-xogholijiet, l-ammisintrazzjoni tal-lantijiet, ett…. tkun ikkontrollata mill-klassifikazzjoni.  Kuntrattur li ma jottemprax ruhu mal-kundixxjonijiet tal-kuntratt tax-xogholijiet jew ma’ struzzjonijiet tal-awtorita’ ikollu mpatt dirett fuq il-klassifikazzjoni.  Ghaldaqtant il-klassifikazzjoni tkun imhaddma bhala bicca ghodda important f’idejn l-Awtorita tat-Trasport sabiex tkun f’posizzjoni li tamministra b’madwar 100miljun Ewro xoghol fis-sena.

Dan il-kuncett ta’ klassifikazzjoni huwa wkoll important ghax jixpruna lil kuntratturi sabiex jinvestu aktar fil-makkinarju, servizzi, taghlim tal-haddiema w livelli ta’ kwalita.  Il-klassifikazzjoni tippermetti wkoll li kuntrattur li jinvesti jista’ jimxi ‘l quddiem fl-iskali tal-klassifikazzjoni.

Ghalkemm dan il-kuncett ta’ Klassifikazzjoni tal-Kuntratturi tat-Toroq kien inbeda fis-sena 2007, izda minn dak iz-zmien, l-awtorita dejjem kaxkret saqajha sabiex iddahhal tali sistema ta’ kontroll u akkontabilita’.  Mhux cara r-raguni ghal dan izda hu zgur li kuntratturi li nvestew fit-taghmir, makkinarju u ngenji ghall-bini tat-toroq jaqblu li ssir tali klassifikazzjoni.

Sar diskors li probabbilment, id-Direttorat tat-Toroq ser isir Agenzija separata mill-Awtorita’ tat-Trasport.  Dan jaghmel sens fuq livell kuncettwali ghax l-iskop principali tal-awtorita’ huwa ta’ regolatur u mhux ta’ bini u amministrazzjoni ta’ xogholijiet.   Dan il-punt jorbot mal-kuncett tal-klassifikazzjoni fejn, l-amministrazzjoni tal-Klassifikazzjoni tal-Kuntratturi ghandha tkun separata mid-Direttorat tat-Toroq minhabba kunflitti ta’ nteress.

Issa hemm amministrazzjoni politika gdida.  L-Onor Dr Ian Borg huwa bniedem determinat u ffukat w kliemu juri li huwa mpenjat li jmexxi l-Awtorita’ tat-Trasport b’serjeta’ u professjonalita’.

Ghaldaqstant, il-futur ghat-trasport jidher pozittiv.  Nawguraw lil Onor. Dr Ian Borg ghar-responsabbiltajiet godda tieghu.