10,000 żjara fid-djar tal-pazjenti minn Urology Outreach

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/18/10000-zjara-fid-djar-tal-pazjenti-minn-urology-outreach/

​Minn meta beda s-servizz ta’ Urology Outreach f’dawn l-aħħar snin, fil-komunità saru 10,000 vista fid-djar, ħabbar il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara għand pazjent li jibbenefika minn dan is-servizz.

Il-programm ta’ outreach jittratta persuni bi problemi ta’ mobbiltà jew problemi relatati mal-uroloġija, u fosthom hemm pazjenti li għandhom catheter li jkun jeħtieġ jitnaddaf.

“Dan hu wieħed mis-servizzi li noffru fid-djar tal-pazjenti tagħna li qed ikun ta’ benefiċċju kbir kemm għall-pazjent kif ukoll għall-qasam tas-saħħa. Għall-pazjent dawn is-servizzi jfissru inqas skariġġ u inqas riskji. Min-naħa l-oħra hu servizz li qed iwassal biex inqas nies jirrikorru l-isptar, ma jitilfux appuntamenti, u b’hekk jonqsu l-kumplikazzjonijiet għall-pazjent”, spjega l-Ministru Chris Fearne.

Il-Ministru għas-Saħħa żied jgħid li minbarra Urology Outreach hemm servizzi simili fil-qasam tal-ortopedija, u servizzi fid-djar minn midwives, kif ukoll home antibiotic outreach għal dawk il-pazjenti li qabel kienu jiddaħħlu l-isptar għal għadd ta’ ġimgħat biex jingħataw injezzjoni ta’ antibiotics.

Frans Farrugia – pazjent li llum għandu diżabilità fiżika wara inċident tat-traffiku – qal li dan is-servizz għamillu differenza għax qed jinqeda fi kwarta fil-kumdità ta’ daru. “Jien qattajt tmien xhur u nofs l-isptar, nitwerwer nersaq ’l hemm, u meta jiġu jimmedikawni hawn narahom anġli. Il-kelma ta’ faraġ li jgħidu ttellagħni s-sema”, qal is-Sur Farrugia.

Il-Ministru Chris Fearne irringrazzja lill-infermier Kevin Holmes li jmexxi dan il-programm u lit-team tiegħu għax-xogħol u għad-dedikazzjoni tagħhom.

Leave a Reply