Impenn biex Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/17/impenn-biex-malta-tikseb-livelli-ta-efficjenza-oghla-fl-uzu-tal-ilma/

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-Gvern qed jimpenja ruħu biex jassigura li Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma.

“Konsum aktar baxx tal-ilma jgħinna biex nilħqu l-miri li nipproteġu r-riżorsi naturali tal-ilma kif ukoll jassigura li jkun hemm inqas spejjeż operattivi għas-setturi ekonimiċi tagħna – din hi sitwazzjoni li minnha jgawdi kulħadd,” qal il-Ministru.

Il-Ministru Joe Mizzi qal dan waqt żjara li saret aktar kmieni llum fiċ-Ċentru Għajn (National Water Conservation Awareness Centre) li matulha kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ ma’ Diretturi tal-Ilma u s-Settur Marittimu mill-Kummissjoni Ewropea.

“Dan iċ-ċentru, iffinanzjat taħt il-mekkaniżmu finanzjarju EEA-Norwegian jirrapreżenta biss l-ewwel fażi ta’ programm fit-tul li jippromwovi l-konservazzjoni tal-ilma fil-gżejjer Maltin.  Il-Gvern, permezz tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma bħalissa qed jippjana t-tnedija ta’ Kampanja Nazzjonali dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma li tindirizza s-setturi kollha li jagħmlu użu mill-ilma f’din il-gżira, permezz tal-użu ta’ tipi differenti ta’ media u kuntatti,” qal il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma.

Il-mira ta’ din il-kampanja nazzjonali hi li jkompli jonqos l-użu tal-ilma fil-gżejjer Maltin, u hi miżura konkreta taħt ir-River Basin Management Plan, u għalhekk lejn il-kisba tal-oġġettivi tagħna taħt il-European Union’s Water Framework Directive.

Id-Diretturi tal-Ilma u s-Settur Marittimu mill-Kummissjoni Ewropea kellhom laqgħa ta’ suċċess hawn Malta, fejn iddiskutew diversi aspetti relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE rigward l-Ilma, u l-iżvilupp futur tal-Politika tal-UE rigward l-Ilma.

Iċ-Ċentru Għajn jipprovdi esperjenza edukattiva għall-istudenti tal-iskejjel u gruppi żgħażagħ dwar l-importanza tar-riżorsi tal-ilma fil-gżejjer Maltin u l-bżonn li jkun assigurat l-effiċjenza tagħhom, permezz tal-użu ta’ għodda u logħob interattivi.

Leave a Reply