IL-PRIM MINISTRU QED JIPPROVA JIDDEFENDI L-INDIFENSIBBLI – AD

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/15/10606/

“Quddiem il-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru ipprova jiddefendi l-indifensibbli.  Jghid x’jghid il-Prim Ministru, jibqa’ l-fatt li fuq il-kaz tal-Panama Papers, baqa’ ma hax il-passi li kien hemm bzonn li jiehu immedjatament li naqala’ l-htiega ghalihom.  Mhux talli hekk talli issa li rega tela’ fil-gvern, rega ta’ premju iehor lil Konrad Mizzi billi rega hatru ministru.  Lil Keith Schembri hallieh Chief of Staff tieghu.”

Dan qalu ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Arnold Cassola.

Cassola tenna li huwa skandaluz li fid-dawl tal-allegazzjonijiet li hargu fil-berah fl-ahhar xhur, kemm Mizzi kif ukoll Schembri baqghu f’posthom.  Cassola ikkritika wkoll il-prim ministru fuq id-decizjoni tieghu li il-qasam tas-servizz finanzjarju jifforma parti mid-dikasteru tal-ufficcju tal-Prim Ministru.

Dan huwa kontra kull prassi ta’ etika fil-politika meta huwa fatt maghruf li f’Kastilja hemm persuna li apparti milli kellha kont sigriet fil-Panama hemm dellijiet fuqha dwar il-possibilita ta’ abbuzi gravi tas-sistema finanzjarja u flejjes f’kontijiet bankarji dubjuzi.

Cassola saqsa kif il-Prim Ministru jhossu komdu li jressaq ir-responsabbilta politika ghal dawn is-servizzi iktar vicin lejn min ghandu tali dellijiet fuqu.  Minn fuq, il-Prim Ministru jinsisti li quddiem il-barranin, kulhadd ghandu jaqbez ghal pajjizu, jew ahjar jaqbez ghan-nuqqas ta’ etika tieghu u tan-nies ta’ madwaru.  Cassola tenna li dan mhu xejn hlief patrijottizmu falz li dak li hu hazin tghidlu tajjeb ghax sar hawn Malta.  Alternattiva Demokratika ma thossx li ghandha tkun komplici billi taghlaq halqha. Kieku kellha taghmel hekk tkun qed tiggustifika dawn id-decizjonijiet nieqsa mill-etika li ha l-gvern malti immexxi minn Joseph Muscat.

Alternattiva Demokratika tibqa’ tinsisti li dak li gara huwa inaccettabbli f’socjeta` demokratika fejn il-ligi tigi rispettata tabilhaqq.  Ir-rebha konvincenti li ghamel il-partit Laburista ma tistax isservi ta’ assoluzzjoni ghal zbalji li saru. Il-Prim Ministru kkonvinca l-elettorat qabel il-votazzjoni li lest li jitghallem mill-izbalji li ghamel.  Id-decizjonijiet li ttiehdu tul din il-gimgha jaghtu l-impressjoni distinta li l-Prim Ministru ghadda l-elettorat biz-zmien ghax l-izbalji li ghamel rega’ rrepetihom ftit jiem wara li rega tela’ fil-gvern, temm jghid Cassola.