Il-Gvern jiċħad l-istorja ppubblikata llum fuq il-faċċata tal-MaltaToday

Stqarrija ppubblikata aktar kmieni llum, tgħid li l-Gvern jiċħad kompletament l-istorja fuq il-faċċata tal-MaltaToday, li tgħid li ngħataw 1,000 impjieg mal-Gvern, lejliet  l-elezzjoni ġenerali, f’Għawdex.

L-istatistika nazzjonali u dik tal-Eurostat se tkun qed tikkonferma li din l-istorja hija skorretta meta tiġi ppubblikata l-istatistika tal-impjiegi għall-ewwel nofs tas-sena tal-2017.