DOTT. DEMIA JAGHMEL POSTMORTEM

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/06/11/dott-demia-jaghmel-postmortem/

U kemm smajna b’surveys u rizultati ta’ surveys!

U kullhadd imeri w jilletika!

U dawk l-imberkin surveys li kienu saru mill-Malta Survey.  Dawn kienu n-nifs tal-hajja li kienu qed iferfru bih tal-Partit Nazzjonalista.  Kemm qalu li tali surveys kienu tajbin ghax kellhom partecipazzjoni kbira ta’ nies!  Imma dak li bdiet tbassar MaltaSurvey kien bazat fuq online survey.

Fl-artiklu tieghi dwar dan it-tbassir ta’ MaltaSurvey kont ktibt dwar kemm tali sondagg kellu margini ta’ zball u kont spjegajt ukoll ghaliex.  Kont bassart li kienet ser tkun rebha ghall-Partit Laburista izda, bl-ammont ta’ nies Ii kienu ghadhom indecizi, kien impossibbli li tbassar tkaxkira assoluta ta’ dan it-tip jekk ma tkunx ghamilt sondagg estensiv hekk kif kellhom il-mezzi li jaghmlu l-partiti l-kbar.

Dawn kienu r-rizultati ta’ dawn l-ahhar tlett Elezzjonijiet Generali:

District 2008 Election

(%)

2013 Election

(%)

2017 Election (%)
PL PN PL PN PL PN
1 49.7 49.2 55 43 57.2 41.7
2 66.7 32.0 71 28 71.2 27.7
3 62 36 68.5 30.0 69.9 29.0
4 62 37 66.8 32.0 67.7 31.1
5 60 38 67 32 65.7 33.25
6 54 45 60 40 59.4 39.7
7 50.6 48.0 56.4 42.0 56.4 42.2
8 41 57 48 50 45.5 52.9
9 36 61 43 54 42.0 56.3
10 34 63 39 60 38.8 60.3
11 36 61 42 55 43.0 55.2
12 39 59 47 50 47.5 51.0
13 43 55 49 50 51.2 47.8
TOTAL 48.7 49.3 54.8 43.5 55.08 43.7

 

X’wassal ghal dan ir-rizultat?

Il-Partit Laburista fassal il-kampanja fuq ix-xoghol li wettaq f’dawn l-ahhar erba’ snin, fuq is-successi fl-ekonomija w x-xoghol fil-pajjiz w fuq ix-xoghol li ppjanat li jwettaq.  Il-proposti ghal dawn il-hames snin Ii gejjin kienu dettaljati w studjati.  Izda, l-aktar karta b’sahhitha li kellu l-Partit Laburista kien Dott. Joseph Muscat innifsu.  U l-aktar karta b’sahhitha li ghandu Dott. Joseph Muscat hija martu s-Sinjura Michelle Muscat li hija l-bastun tieghu.

In-nies ivvutaw ghall-personalita’ ta’ Dott. Joseph Muscat.

In-nies ivvutaw ghax jafdaw lil Dott. Joseph Muscat.

In-nies ivvutaw ghal bniedem li hu Dott. Joseph Muscat.

In-nies ivvutaw ghax ihobbu lil Dott. Joseph Muscat.

In-nies ivvutaw ghall-persuna w mhux ghall-partit.

Dott. Joseph Muscat ghamel zbalji matul il-legizlatura imma kellu maturita’ politika bizzejjed li ammetta li ghamel l-izbalji w talab apologija.  In-nies jaccettaw li bniedem jizbalja.  In-nies jaccettaw apologija.

X’kienu l-izbalji tal-Partit Laburista?

Fl-2013 il-Partit Laburista, fost ohrajn, tela’ fil-gvern bil-weghda tal-MERITOKRAZIJA.  Il-gvern mexa b’nuqqas ta’ meritokrazija.  Dan kien l-gherq tal-maggoranza tal-izbalji ta’ Dott. Muscat.

Il-famuzi ‘political appointments’ invadew kull awtorita’ w dipartiment tal-gvern.  Uhud minn tali ‘political appointments’ saru sahansitra a skapitu ta’ nies kwalifikati w b’esperjenza.  Lil dawn in-nies tahom ‘political appointments’ biex jahdmu f’ismu.  Imma dawn mhux kollha hadmu bhal kif jemmen u wieghed Dott. Muscat.  Mhux kollha mxew b’meritokrazija.  Kien hemm minnhom li minghalihom li akkwistaw id-dritt tal-arroganza, id-dritt li jiddiskriminaw, id-dritt li jzebilhu lil haddiehor u d-dritt li jirvinaw lil haddiehor.  U hekk ghamlu.

Ukoll, meta n-nies li gew imweggha minn dawn il-‘political appointees’ bdew jinterpellaw l-ghajnuna ta’ Dott. Muscat, huwa baqa’ jemmen biss lil dawk l-‘political appointees’ tieghu li jsefsfulu li jaqblilhom biex izommu posthom.  M’emminx lin-nies li talbuh jghinhom.

Dan huwa li jrid jirranga Dott. Joseph Muscat.

In-nies jemmnu f’Dott. Muscat u mhux fid-doberman tieghu.

In-nies jafdaw lil Dott. Muscat u mhux lid-doberman tieghu.

In-nies iridu dak li wieghed Dott. Muscat u mhux dak li jaqblilhom id-doberman tieghu.

Minn-naha l-ohra, il-Partit Nazzjonalista, jew din il-famuza Forza Nazzjonali, kellha lil Dott. Simon Busuttil bhala kap li ma jispira la fiducja w lanqas simpatija.  Kliemu w l-agir tieghu huma fittizzji.  Jitkellem bhal qed jirrecta parti fuq palk.  Parti ta’ xi hadd li huwa kompletament distakkat minnu.  F’dawn l-ahhar erba’ snin, Dott. Busuttil ma kkonvinca lil hadd li forsi l-Partit Nazzjonalista jista’ jkun alternattiva valida ghall-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista bbaza l-kampanja tieghu fuq kritika kontinwa ta’ tixwix, tmaqdir, insulti, mibgheda personali lejn Dott. Muscat u hsara lill-pajjiz.  Lanqas fhimt ezatt xi proposti kellhom hlief dawk li kkupjaw mill-Partit Laburista jew dawk li ma kienux jaghmlu sens finanzjarjament jew amministrivament.  Li tiggieled kampanja w tissielet fuq principji hija normali izda li troxx mibgheda lejn individwu hija naccettabbli fuq livell uman u fuq livell politiku specjalment ghax dan l-agir jaghti l-ezempju lil haddiehor.

Zball iehor kbir tal-Partit Nazzjonalista kien l-involviment tal-knisja fil-kawza partiggjana.  Dan kien zball kbir ukoll ghall-knisja.  Il-knisja go Malta ghadha lanqas irkuprat mill-kazijiet t’allegazzjonijiet ta’ molestji sesswali fuq tfal u dan il-partiggjanizmu sfaccat kien assolutament mhux f’loku.

Izda wkoll jien nahseb li l-Partit Nazzjonalista ha din it-tkaxkira fenomenali ghax ghamel hsara lil Malta fuq livell internazzjonali w ha pjacir jaghmel tali hsara biex jiehu gwadann politiku.  In-nies ma accettawx dan l-agir.  In-nies jafu li min ma jhobbx lil Malta ma jistax jippretendi li jmexxiha bhala Prim Ministru.  In-nies uriet bic-car l-imhabba lejn pajjizhom.

U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!

Miskin min ikasbarni, miskin min jidħak bija!”

Ghaldaqstant, wara rizultat fenomenali bhal dan, ma kienx f’loku li Dott. Busuttil jghid li xeghel fjamma li ser tibqa’ tixghel.  Hadd ma jrid din il-fjamma ta’ negattivita’ u mibgheda.  U lanqas ma kien lok li jghid li halla partit organizzat ghax, bir-rizenji kollha li saru, lanqas qafas ma fadallu l-Partit Nazzjonalista.

U f’mohhi ser jibqa’ mpressjonat il-mument meta l-Prim Ministru xiref fil-gallarija tal-Palazz fi Pjazza San Gorg wara l-hatra tieghu bid-dmugh f’ghajnejh t’umilta’ w apprezzament w indirizza lill-folla.

U l-Kotra qamet f’daqqa.