Lola’s Hairdressing Salon…in election mode!

Every Wednesday morning at nine o’clock, you will find Rose, Gemma and Vanna at the hairdresser. They are the regulars…u qed jippreparaw ghall-elezzjoni!!

Vanna:           Bongu Lollie.

Gemma:         L-ghodwa t-tajba Lol.  Ara Vanna.  Hemm x’ghandek go dak il-gewlaq daqsiex?

Rose:              Good morning sweeties.  Veru Vanna dear.  Kemm int mghobbija.

Vanna:           Mort nixtri xi affarijiet hux.  Heqq qed nipprepara ghas-Sibt u ghall-Hadd.

Gemma:         X’qed tipprepara?

Rose:              Vanna qalbi, your ID Card and the Voting Document biss you need tafx for Saturday.  Dawk they fit in your portmoni.

Vanna:           Dawk l-inqas haga hi.  Il-vot go hobbi ma’ qalbi ngorru li ma jmurx jaqbez fuqi xi hadd biex jehoduli.

Gemma:         Mela x’ghandek hemm?

Vanna:           Heqq, nipprepara hux ghal quddiem it-televixin.  Cikkulata, gallettini w patata crips biex ikolli xi haga x’innaqqar, battries li ma jmurx jispiccawli tar-remote tat-televixin, kafe’ qawwi biex nibqa’ mqajjma, boroz tal-kamumilla ghal meta jibda jgib id-distretti ta’ tas-Sliema u San Giljan, ir-radju biex niedu mieghi got-toilet sakemm ninhasel biex ma nitlef xejn, birra w luminata biex inbill grizmejja ghal meta nibda nwerzaq bil-ferh nara lil Joseph taghna, biro li timmarka sewwa w kalkulejtor biex nghodd il-voti tat-televixin.

Gemma:         U dak il-gemmarken ahmar ghal xiex qieghed?  U dik il-kaxxa?

Vanna:           Dalwaqt nurik.  Tini cans.

Rose:              U le ajma, hafna ghageb.  I just changed the couch so that we sit more comfortably.  It has also a stress-relief mode.  Jibda jimmassaggak hekk.

Vanna:           Nithassrek Rowzie hi.  Jien zewgi jimmassaggani hekk kullimkien.  Int kellek tixtri sufan.

Vroooom!  Eeeeeeq! Eeeeeeeq! ‘TAL-HAXIX HAWN!’

Vanna:           Qed tara wasal.  Lollie, ha mmur nixtri girja mill-vann.

Rose:              Kemm tigri fejn trid Vanna.  She ran out like a sajjetta!

Vanna:           Dhalt Lollie.

Gemma:         Mort xtrajt lumija wahda?  Dik x’ser taghmel biha?

Vanna:           Ara x’ser naghmel bih dak il-gemmarken.

U Vanna qabdet il-marker u kitbet hekk fuq il-lumija: Wid Lav + Kiziz

Rose:              What are you writing on that lemon?

Vanna:           Hawn ha Rozie din ghalik gibtha ghax il-massaggi tas-sufan mhux ser ikunu bizzejjed ghalik.

Rose:              U ajma!  Who said that I will need this lumija eh?

Vanna:           Hsibtu li hekk ser tghidli allura gibtlek ukoll din il-kaxxa.  Ha aqbad.

Gemma:         M’ghandek xejn ghalija?

Rose:              What is in this kaxxa Vanna pupa?

Vanna:           Iftah.  Iftah.

Malli Rose fethet il-kaxxa kien hemm karta fil-wicc li tghid hekk: Jekk ma tilhaqx tuza din il-lumija mela jkun qabdek il-vixxri w jkollok bzonn dawn.  Rose gholliet il-karta u sabet roll toilet paper u blokka blu tal-flushing.  Ghalqet il-kaxxa, ghafset xufftejha flimkien u ma qalet xejn.  F’daqqa wahda……

Rose:              Lola dear, I am going to use your toilet if you don’t mind.

Telqet tigri u……aqta’ x’hadet maghha?

Il-kaxxa ta’ Vanna!