MAL-PN, NERGGHU NIGU GHAN-NORMAL…Alla Hares!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/24/mal-pn-nergghu-nigu-ghan-normal-alla-hares/

Din hija l-ghajta gdida tal-Partit Nazzjonalista.  Ma nistax nifhem ezattament ghal liema normalita’ qed jirreferu li ggaghalhom ihossuhom daqshekk kburin biha.

In-normalita’ fejn l-opposizzjoni ma taghmilx hsara lir-reputazzjoni ta’ Malta biex tiehu vantagg politiku?  Il-Partit Laburista fl-oppozizzjoni qatt ma hammeg isem Malta bl-incentivi fiskali li ilhom fis-sehh minn zmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.  Incentivi li jattiraw l-investiment barrani.  Incentivi li huma l-ghira tal-pajjizi barranin.  Dik imhabba lejn il-pajjiz!

In-normalita’ fejn il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu dejjem jizdiedu?  Niftakru ghaliex tghid?  Tiftakruha l-BWSC, Bawxata f’Wicc u f’S*** ic-Cittadin?

In-normalita’ fejn id-dejn tal-pajjiz kien dejjem jikber sena wara sena?  Tiftakru ghaliex?  Ghax tal-PN kienu tal-MONEY NO PROBLEM.

In-normalita’ fejn progetti li jhallu mpatt fuq l-ambjent jinbnew dejjem fin-naha t’isfel tal-pajjiz bhall-impjant tar-riciklagg go Wied il-Ghajn, il-Power Station go Delimara u l-Freeport go Marsaxlokk?  Imma go tas-Sliema jinzerghu l-palm fejn, tkun ghaddej, tahsbek li wasalt Miami!  Imma go San Giljan ghamlu l-Golden Mile Ii hadd ma jaf minn fejn jibda w fejn jispicca.

In-normalita’ fejn il-knisja kienet, u issa regghet saret, tan-nazzjonalisti biss?  Taf x’jonqos, id-dnub il-mejjet!

In-normalita’ fejn jinbieghu l-assi tal-pajjiz bic-cicri?  Mur issa gol-ex Mid Med Bank, issa HSBC, ha tara kif anki jekk taghtas gol-bank ghandek ic-charges.

In-normalita’ fejn jinbidlu l-ligijiet tal-pajjiz biex jigi agevolat kuntrattur?  Ara x’ghamel Pullicino Twit-Twit biex BWSC iffrankaw 20miljun Ewro.  Hbieb tal-qalb u hbieb tal-but!

In-normalita’ fejn li tkun laburist fi zmien Gvern Nazzjonalista jkun ifisser li ma jkun imissek qatt promozzjoni?  Ovvjament sakemm ma tkunx xi laburist gakbin.  U kien hemm minnhom dawn.  U zguuuuur li kien hemm!

Tafu x’ifisser li l-Partit Nazzjonalista jirreferi ghaz-zmien ta’ qabel Marzu 2013 bhala n-NORMALITA’?

Ifisser li t-tkaxkira tal-elezzjoni tal-2013 ma ghallmithom xejn.

Ifisser li l-messagg li ghadda l-poplu b’rebha ta’ 36,000 elf vot ghalqu widejhom ghalih.

Ifisser li ser jergghu jibdew jaghmlu dak li kienu jaghmlu qabel.

Ifisser li ghadhom ma nbidlux.

Ifisser li ma jiddispjaciehomx tad-diskriminazzjoni li sofrew il-laburisti.

Ifisser li ma tghallmu xejn.

Ifisser li ma kibrux fil-maturita’ politika.

Ghaldaqstant, int li qed taqra dawn l-erbgha kelmiet, ghandek tibza’ w titkexkex li l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista hija mfassla fuq li kollox jerga’ jigi kif kien qabel Marzu 2013.  Dik hi n-NORMALITA’ li qed jirreferu ghalija.

 

Alla hares qatt!