Fr Joe Borg, dan veru qassis jew?

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/19/fr-joe-borg-dan-veru-qassis-jew/

Fr Joe Borg huwa l-persuna li hadet f’idejha t-tmun tar-Radju Taghna Lkoll RTK.  Ir-radju suppost huwa tal-Knisja Kattolika, ntiz biex ikun ta’ kulhadd u ghal kulhadd.  Heqq, hekk jghid ismu!  Qiesu l-ghajta tal-Partit Laburista. Taghna Lkoll.

Imma t-Taghna Lkoll tal-RTK sal-isem twassal tafux!

Kont fil-karrozza sejjer lejn l-Universita’ w bdejt nisma r-radju.  Hsibtu li kont qlibt l-istazzjon bi zball fuq il-101 tan-Nazzjonalisti.  Bdejt ingerger u nitmashan ghat-tixwix li bdejt nisma’ ghaddej.  Tixwix li jgib il-firda.  Hin minnhom smajt il-jingle tal-RTK.  Harist lejn ir-radju w bqajt imbellah.  Fr Joe Borg donnu ddecieda li jimxi fuq il-passi tal-Archisqof Gonzi.  Donnu ddecieda li jilhaq hu Archisqof minflok Charles Juda Scicluna (Juda, ezatt sabulu ismu lil dan!).  Borg donnu jrid iregga’ iz-zmien lura ghal dawk iz-zminijiet tad-dlam bejn il-knisja u l-Partit Laburista.  Zminijiet li la l-ELVES u lanqas it-TROLLS ma nsewhom.  Ehe.  Ghax bilhaqq, hekk isejhilhom lill-laburisti, dan ix-xempju ta’ Kristu!

Bhal Gonzi qed jaghmel.  Jiggudika u jikkundanna lil Partit Laburista w lil partitarji bil-kejl pregudikat tieghu.

Bhal Gonzi qed jaghmel.  Qed isawwar il-mibgheda bejn il-Maltin.

Bhal Gonzi qed jaghmel.  Qed jindahal fejn ma jesghux.

Fih Raghaj tal-Knisja ukoll!  Sejrin tajjeb is-seminarju b’dan it-tip ta’ ezempju! Ara jmurx ifittex xi naghga hamra mitlufa!

Qed taraw hux! Issa anki r-Radju RTK sar parti mill-grupp tal-Partit Nazzjonalista.   Ara veru dan Simon Busuttil qed jarma b’dawk kollha li, b’xi mod, ghandhom differenzi jew dizgwid mall-Prim Ministru w mall-Partit Laburista, bl-iskop li jaghmlu persekuzzjoni malfamanti ghal finijiet politici.

Hawnhekk ghandna l-Krucjata tas-Seklu Wiehed u Ghoxrin.  Il-krucjati kienu gwerer immexxija b’koalizzjoni bejn knisja w stati differenti kontra dawk li kellhom twemmin differenti minnhom, sabiex jirbhu lura l-Artijiet Imqaddsa.  Ezatt bhal krucjati!  Hidma bejn knisja u partiti politici li jhaddnu twemmin nazzjonalista, kontra dawk li jhaddnu twemmin laburista bex jiedhu lura l-poter politiku.  Tal-misthija!

Din mhix Elezzjoni Generali missielta fuq principji tat-tfassil ta’ poloz innovattivi ghall-gid tal-pajjiz.  Il-Partit Nazzjonalista irnexxielu jdawwar din l-elezzjoni fi krucjata mhanzra, msawwra fuq l-immaturita politika u l-kilba ghall-poter.

Ahjar Fr Joe Borg jitfa’ rasu fil-problemi ta’ molestji sesswali li qed jifnu lill-knisja u jghidilna x’behsiebhom jaghmlu, biex dawn il-problemi ma jsehhux aktar.  Ghandu bizzejjed biex jheda.  Il-Politika Nazzjonali mhux affarih!

Jigini nistaqsi, imma dan Fr Joe Borg veru qassis jew?