X’Qal il-Perit Dom Mintoff lil Dott Simon Busuttil

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/18/xqal-il-perit-dom-mintoff-lil-dott-simon-busuttil/

Il-Partit Nazzjonalista w Dott Simon Busuttil tant ghandhom kilba ghall-voti li sahansitra marru go Bormla u tellghu lil Dom Mintoff fuq pedestal.  M’ghandniex xi nghidu, kif jafu jaghmlu, qabdu frazi ta’ Mintoff u qed jimmanipulawha biex jkomplu jxewxu bl-allegazzjonijiet kontra l-Partit Laburista.

Imma dawn in-nies, kieku mhux ghax tisma’ b’widnejk, tahseb li huma taparsi!

Dott Simon Busuttil, ha nghidlek jien x’kien jghidlek il-mibki Dom Mintoff.

‘Int, Busuttil!  Lilek qed nghid.  Hares lejja w issa isma’ lili.  Int li lanqas biss int kapaci titkellem madwar mejda, gej minghalik kapaci tkellem folla nies go belt twelidi w tippoza taparsi thaddan twemmini.

Malta tigi l-ewwel u qabel kollox.  Iva. Malta hija l-poplu maghqud bla distinzjoni u li hadem mieghi biex gibna l-Helsien.  Ghajr min ikazbarna.  Malta hija l-haddiem.   Il-haddiem isib id-dinjita’ tieghu fix-xoghol.  Il-haddiem li jien hrigtu mill-faqar, li ghentu w li tajtu l-ghodda biex jimxi ‘l quddem bl-gharaq ta’ gbinu.

Minn dejjem il-Partit Laburista pogga lil Malta w lil Maltin qabel kollox u ghalhekk ghamel minn kollox biex il-poplu johrog mill-faqar.  Waqqafna l-Mid Med Bank, li l-Partit tieghek ta’ lill-barranin ghal prezz mizeru ta’ 60 miljun Lira Maltija.  Waqqafna l-Bank of Valletta.  Waqqafna l-Airmalta li intom fallejtu b’dawk l-imbarazz ta’ ajruplani RJ70, li xtrajtu kontra l-pariri tat-teknici taghkom stess.  Waqqafna l-Gozo Channel li kwazi fallejtu wkoll.  Waqqafna d-Dockyard u intom tajtuha lil Palumbo bic-cicri.  Anki l-Malta International Airport nehhejtu.  Minjiera deheb bhal dik.  Ghalaqtu x-Shipbuilding li bniet uhud mill-aqwa vapuri.  U Malti kien l-ewwel General Manager taghha li ddizinjha w bniha.  Iva Perit Navali Malti Zejtuni.  Ghax il-Malti mhuwiex cuc kif tahsbuh intom.  U ghamilt dan l-investiment kollu w intom, warajja, sibtu l-kaxxa ta’ Malta mimlija u zvujtajtuha f’hakka t’ghajn.  Anki l-hazna deheb tal-pajjiz berbaqtu.  Dak id-deheb kien garanzija ghal Malta f’kaz ta’ zmien ta’ krizi.  Mishutin!

Il-Partit Laburista kien il-lehen tal-haddiem, meta l-haddiem ma kellux la lehen u lanqas drittijiet.  Il-lehen tal-haddiem li kien imkazbar, mirfus u abbuzat.

Dak li tfisser li Malta tigi l-ewwel u qabel kollox.

Ghalhekk, ara x’qed nghidlek, ara li ma nergax nisimghek tlissen ismi jew tipprova tuza kliemi biex issawwat lil Partit li bena lil Malta.

Issa itlaq ‘l hemm!’

Le, Busuttil, int m’ghandekx dritt tlissen isem Dom Mintoff.  Dak huwa dritt li trid tahdem ghalih u tbati ghalih.

Busuttil, wara kollox, int x’imhabba ghandek?

Inti m’ghandekx imhabba lejn Malta ghax ghamilt minn kollox biex kissirt r-reputazzjoni ta’ Malta bl-allegazzjonijiet li ghamilt sabiex tiehu gwadann politiku.

Int m’ghandekx imhabba lejn il-haddiem ghax dahhal l-incertezzi fil-pajjiz li qed jheddulu xogholu.

Int m’ghandekx imhabba lejn il-poplu ghax zrajt iz-zerriegha tal-firda w issa qed tahsad il-mibgheda politika.

Busuttil, wara kollox, int xi bnejt?

Inti bnejt kampanja fuq l-animosita’ li ghandek lejn il-Prim Ministru w lejn il-Maltin l-ohrajn bhalek li ghandhom, bi dritt, twemmin laburista.

Int bnejt koalizzjoni billi sfruttajt id-differenzi bejn individwi u mhux billi ghaqqadt principji ta’ politika genwina ghall-pajjizna.

Int bnejt kampanja b’weghdiet li m’ghandhomx bazi finanzjarja serja u li ghaldaqstant juru l-immaturita’ politika tieghek u n-nuqqas ta’ rispett lejn l-elettorat.