Ixxukkjajt ruhi nara lit-Tabib Godfrey Farrugia jibki gol-Istamperija tan-Nazzjonalisti fil-Pieta. Ma stajtx nemmen li dak il-bniedem, b’harsa cassa fuq wiccu, kien darba ferhan u kburi li gie maghzul bhala Ministru tas-Sahha fl-2013.
Hdejh, b’harsa ta’ sodisfazzjoni fuq wiccha, kien hemm is-siehba tieghu Dott Marlene Farrugia w xi erbgha ohra jduru.
Dik imhabba, eh!
Kien Ministru w nfniet bl’ghira ghalih. Spicca tnehha minn Ministru minhabba l-indhil taghha w sar Whip tal-Partit. Ghax ihobbha!
Iggieldet mal-Prim Ministru ghax minghalija li hi dejjem ghandha ragun. Hu rrizenja minn Whip u ta’ dahru lill-ministri shabu. Ghax ihobbha!
Ghamlet partit gdid u koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Hu rrizenja mill-Partit Laburista w cahad lil kostitwenti tieghu li kienu emmnu fih. Ghax ihobbha!
Hi riedet tkabbar l-ammont ta’ kandidati fil-Partit Demokratiku. Hu ser jikkontesta l-Elezzjoni Generali bhala kandidat tal-Partit Demokratiku. Ghax ihobbha!
Hi riedet turi lil Dr Simon Busuttil kemm hi bully. Hu kellu jmur id-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista. Ghax ihobbha!
U x’gara?
Dott Godfrey Farrugia ma felahx aktar. Beda jibki. Imma hi ma marritx tikkunslah jew tipprova taghmillu kuragg. Mar jghannqu David Agius minflok. Dan ghax hi thobb biss lilha nfisha.
Bil-qrid dwar il-Partit Laburista lejl u nhar, bit-tektik go rasu kontra Dr Joseph Muscat w argumenti kontinwi, gabiltlu mohhu bhal circa.
Godfrey sar ic-cicra ta’ Marlene. Ara veru miskin.