Daphne, tkomplix timmanipula l-fatti dwar il-Pilatus. Ghandek bizzejjed inkwiet!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/13/daphne-tkomplix-timmanipula-l-fatti-dwar-il-pilatus-ghandek-bizzejjed-inkwiet/

Tal-Pilatus Bank fetah kawza gol-Amerka w ser jipprocedi b’azzjoni fi qrati internazzjonali kontra dawk li mmalfamawh u ghamlu allegazzjonijiet foloz, f’diversi tipi ta’ mezzi tax-xandir, li kkawzawlu danni.

Ukoll ghamel rapport lil pulizija ta’ Malta rigward dokumenti kunfidenzjali tal-bank, relatati mar-rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), li gew mghoddija lil terzi.

Daphne forsi minghaliha li l-Maltin huma kollha cwiec li jemmnu kull ma tghid hi.  Ukoll forsi tahseb li l-Maltin ma jaqrawx id-dokumenti w li joqoghdu biss fuq l-interpretazzjoni li taghti hi.

Kieku Daphne kienet verament gurnalista serja, kienet tirrapporta l-fatti kif inhuma w mhux dejjem tippprova timmanipula l-verita biex taghmel hsara lill-Partit Laburista.  Li tigi tikkwota l-frazi ‘misappropriating confidential information of the bank’ mill-istqarrija ufficcjali tal-bank u tipprova tbellaghha lin-nies li qed tirreferi ghad-dokumenti tal-ispija Russa hija insult lejn l-intelligenza tal-Maltin.  Dik il-frazi fil-fatt kienet qed tirreferi ghad-dokument tal-FIAU u ghal xejn aktar.

Taf x’naf?

Daphne issa ghaxxqitha.  Habtet mas-sistema gudizzjarja tal-Amerka.  Hemmhekk, il-malafama u d-danni kummercjali jinhadmu b’cifri li jlahhqu l-miljuni.  Min jaf, forsi Daphne minghaliha li l-id tal-qrati Amerikani mhux ser tmissha ghax ser tinheba wara l-Partit Nazzjonalista jew wara l-professjoni ta’ gurnalista?

Meta fethulha l-kawzi go Malta, marret tigri tibki w tnewwah u ghamlet gabra.  Imlietu l-karus u xebghet iccekkcku ‘l hemm u ‘l hawn.

Imma issa mhux ser issib karus kbir bizejjed x’timla tafx!  Issa ser tibda ccekcek widnejha, tgerrem difrejha w thezzez snienha gol-hdura tal-Bidnija.  Jew forsi tmur tinheba go tas-Sliema fejn tiehu pjacir tghum fil-mewg kahlani li jlebbet got-triqat u li jintuza flok zokkor mal-capuccino!

U nerga’ ntenni.

Din il-famuza sehbitkom Russa, li poggejtuha fuq pedestal, hija t-tip ta’ bniedma li tahmi sistemi kif ser thedded lil haddiehor ghal gwadann finanzjarju.  Hija biss spija industrijali.  Ahjar tghidulha Mata Hari flok tghidulha Whilstleblower ghax aktar tkun qed tqarrbu lejn il-verita’ ta’ x’inhi u x’kienu l-intenzjonijiet taghha.

U nerga’ nistaqsi.

X’inbidel fil-pozizzjoni finanzjarja ta’ din il-famuza Russa li f’daqqa wahda setghet tippregudika kull possibbilta’ li terga’ ssib xoghol?

Kullhadd ghandu mohh biex jahseb.  Kullhadd jaf kemm hu mportanti li jibza ghal xogholu w li thedded lil kap tieghek iwasslek biss sal-bieb ta’ barra.

U nieqaf hemm.