Imma kif ser idur id-dinja Simon?

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/12/imma-kif-ser-idur-id-dinja-simon/

Daphne Caruana Galizia kienet qieghda fil-kcina.  Harget il-magg favorit taghha li kien xtralha t-tifel fil-Festa ta’ Jum l-Omm.  Kien magg celesti, bi fjuri blu mad-dawra w b’ittri kbar ‘MUM’ kulur kahlani.  Xeghlet il-kitla w tefghet borza tal-kamumilla.  It-televizjoni kien mixghul ghax bdiet tistenna lil Simon Busuttil jibda l-konferenza stampa.  Kienet kitbitlu ezatt x’kellu jghid u Peppi ta’ Xarabank kien ghallmu ezatt kif kellu jitkellem.  Dan Simon kellu lehnu dghajjef wisq.  Kulltant donnu jaqleb b’lehen ta’ mara specjalment meta jidba jitmashan fuq xi punt. Ferrghet il-mishun, qabdet il-magg u bdiet miexja lejn is-sufan.

Fil-frattemp Simon beda jitkellem.  Daphne poggiet bilqieghda w bdiet tfettet il-borza tal-kamumilla.  F’daqqa wahda semghet lil Simon jghid li ser idur id-dinja w jibda jnaddaf isem Malta.  Inhasdet. Qamet bis-salt u xerrdet il-kamumilla fuq il-laptop.  Infixlet.  Bdiet tghajjat ‘Dan ma jobdix!  Ser itellifna l-elezzjoni!  Hemm bzonn li nehilsu minnu’.  Hatfet djul id-dublett u bdiet tixxotta l-laptop kif tista.

Wara li lesta l-konferenza stampa, Simon Busuttil dahal fil-karrozza w ccekkja l-mobile.  Kien hemm messagg ta’ Daphne.  Beda jahsibha jekk jarahx.  Beda jibza x’kienet ser tghidlu.  Fl-ahhar iddecieda li ahjar jara x’riedet.  Kif ra l-messagg bjad.  Cempel jigri lil Christina w qalilha biex issiblu lil xi hadd biex idawwru dawra madwar id-dinja.

Dlonk cempel.

Dott Busuttil: Hello.  It’s me.  Hello.  Can you hear me?

Fogg:              Hello.  Phileas Fogg speaking.  Who is this?

Dott Busuttil: I am Dr Simon Busuttil from Malta.  I was wondering……

Fogg:              Minn Malta? Merhba.  Ma nafekx lilek.

Dott Busuttil: Kif ma tafnix?  Jien il-Kap tal-Partit Nazzonalista w dalwaqt ser inkun Prim Ministru ta’ Malta.

Fogg:              U Iva. Jien dort id-dinja fi tmenin gurnata tafx.  Rajt hafna pajjizi kbar u kapijiet pruzuntuzi.

Dott Busuttil: Ghalhekk cempiltlek.  Ghandi bzonn indur id-dinja jien ukoll.  Ghandi bzonn li tkun inti li ddawwarni minhabba l-esperjenza li ghandek.  Bhala hlas mhux problema ghax ghandi lukandier habib tieghi li jirrangali ghall-pagi li hemm bzonn.  Nibdew il-vjagg fl-4 ta’ Gunju ta’ din is-sena.

Fogg:              Ma nistax tafx.  Inzerta ghandi mpenji ohra mportanti.

Dott Busuttil: X’jigifieri?  JIen important tant!

Fogg:              Ar’hemm hej!  Mur gibek kont qed tipprova ssir President tal-Amerka int!

Dott Busuttil: Imma trid tghini ghax jien mitluf.  Issa lhaqt habbarta din fil-pajjiz.

Fogg:              Mela int mhux talli int pruzuntuz imma int ukoll bahnan.  Taf kemm trid preparamenti biex taghmel vjagg madwar id-dinja?

Dott Busuttil: Jien mhux ghalhekk cempilt lilek.

Fogg:              Biex naghmillek pjacir ser nibghatlek il-mapep u l-programm li kont fassalt ghall-vjagg tieghi.  Ukoll ser nibghatlek lil Passepartout mieghek biex jiggwidak.

Dott Busuttil: Passepartout?  Imma jien m’ghandix bzonn cwievet.  Jien gwida tajba ghandi bzonn.

Fogg:              Mela int mhux talli int pruzuntuz u bahnan, imma int ukoll imbecilli.  Ara biex trid tmexxi Malta fis-seklu wiehed u ghoxrin!  Passepartout huwa siehbi li kien gie mieghi fil-vjagg tieghi.  Issa nghidlu jcempillek.

Dott Busuttil: Tajjeb mela jien inhallas lil Passepartout.  Fil-kaz inti xorta tkun trid xi commission?

Fogg:              Le.  Lili gibli biss Passaport ta’ Malta.

Dott Busuttil: Ghal passaport haga zghira.  Dak nirrangalek facilment meta nkun Prim Ministru.  Ftehmna mela.  Grazzi.  Nistenna minghand Passepartout.

 

Din l-istorja hija fittizzja w ghandha tigi apprezzata bhala satira.