Stqarrija mill-ASMK

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/08/stqarrija-mill-asmk/

Wara l-istqarrija mill-Onor. Chris Agius MP Segretarju Parlamentari ghall-Isport nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju fuq il-mezzi tax-xandir l-ASMK tixtieq tirringrazzjah ghall-fatt li dan iccara s-sitwazzjoni dwar il-bini tal-korsa l-gdida fuq art identifikata fil-lokalita ta’ Ta’ Qali u kkonferma li din ha ssir f’lokalita alternattiva min dik okkupata mill-ASMK.

L-ASMK bi pjacir tilqa u tawgura li dan il-progett tant mistenni ghall-hafna snin isehh fl-iqsar zmien possibbli biex dawk in-nies kollha li jipprattikaw dixxiplini tal-Motorsport mhux dawk ipprattikati mill-ASMK, ikollhom cirkwit alternattiv.

L-ASMK bhala l-Federazzjoni tal-Muturi f’Malta toffri kull ghajnuna fil-parametri taghha dwar dan il-progett biex dan isehh fl-iqsar zmien possibbli.