Simon Beda Jnaddaf!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/05/08/simon-beda-jnaddaf/

Ahbar Straordinarja!!

Dr Simon Busuttil habbar li ser jiehu l-mizuri necessarji biex Gvern Nazzjonalista jnaddaf il-politika.  Sabiex jilhaq dan il-ghan, Busuttil hejja lista ta’ hames proposti.  Mhux proposta wahda, jew tnejn tafx!  Le.  Lista ta’ HAMSA  li huma:

  1. Ikecci lill-Kummissarju tal-Pulizija w jaghmel wiehed gdid
  2. Jinhatar Magistrat Specjali li jinvestiga l-Korruzzjoni
  3. Jinhatar Kummissarju dwar Standards fil-Hajja Pubblika
  4. Jigi pubblikat Kodici tal-Etika gdid tal-Ministri
  5. Tinhatar Konvenzjoni Kostituzzjonali li jbiddlu l-Kostituzzjoni.

Sorsi qrib hafna ta’ Busuttil stqarru b’kumbinazzjoni mieghi li, biex Busuttil wasal ghal dawn il-proposti nnovattivi, ghadda ljieli twal jahseb, jikkontempla w jitlob ghall-ispirazzjoni.  Intqal ukoll li, minhabba f’hekk kellu problemi tal-qalb serji mas-siehba tieghu ghax bdiet thossha mwarrba.  F’dan il-perjodu tilef ukoll hafna piz tant li kellu jaghmel toqob godda fit-cintorini.

Imma, bhas-soltu, b’xi mod irid johloq xi buzullotta!

Wara xi nofs siegha li habbar dawn il-mizuri gie rappurtat li nholqot kongestjoni tat-traffiku qawwija fil-Pieta, fil-Hamrun u fil-Blata l-Bajda.  Karozzi mwahhlin got-traffiku ma’ kullimkien fl-inhawi.  Il-pulizija ma bdewx ilahhqu mal-konfuzjoni li nholqot.  Aktar ma beda jghaddi hin, aktar bdiet tizdied il-kongestjoni, il-konfuzjoni w r-rabja tan-nies.  Hornijiet tal-karrozzi jdoqqu.  Xarabanks mwahhlin fit-traffiku w l-iskedi tat-trasport pubbliku tgerfxu.  Kliem hazin jidwi fit-toroq.  Foga ta’ exhaust.

Tafu x’gara?

Mela sehibna Busuttil, li jemmen li l-ezempju jkaxkar u biex juri kemm huwa bravu w tal-kelma u biex forsi jsib lil xi hadd li jibda jemmnu, beda jnaddaf mill-Istamperija tan-Nazzjonalisti tal-Pieta.  Tant beda hiereg hmieg u mbarazz li l-iskip li kellhom imtliet f’minuta.  Wara iddecidew li jgibu scammel.  L-iscammel imtela f’hames minuti w kienu ghadhom lanqas biss naddfu nofs kuritur.  Malli bdew inaddfu l-ufficcju ta’ Dr Beppe Fenech Adami bdiet il-krizi.  Beda hiereg hmieg nobis, intiena pesti u mbarazz li kien ilu mrekken sa minn zmien missieru!  F’dak il-punt l-iscammels bdew gejjin wiehed wara l-iehor ma jieqfux.  Haddiema tal-Istamperija bdew johorgu l-hmieg bil-karretti u jixhtuh minn fuq ghall-isfel.  Gabu vann kbir tax-shredder bhal dak li kien hemm ta’ Xbiex.  Lanqas dan ma beda jlahhaq allura gabu iehor akbar minnu.  Zewg trakkijiet kbar ghaddejjin iqattghu l-karti bla waqfien u jarmu fl-iscammel!

Hin minnhom fuq il-bankina deher bhal Rumpelstiltskin zghir jaqbez u jsabbat saqajh.  Hasbuh li kien xi haga li harget mill-imbarazz.  Meta resqu lejh indunaw li kien Beppe Fenech Adami jirrabja ghax Busuttil harbatlu l-ufficcju.  Minn hemm bdiet glieda ohra qawwija bejn Busuttil u Beppe.  Sorsi qrib ta’ Beppe qalu li din mhux ser tieqaf hawn.  Fil-blog ta’ sehbithom Daphne Caruana Galizia ma kien hemm l-ebda referenza ghal dak li kien qed jigri l-Istamperija.

Issa nistennew aktar taghrif dwar din il-buzullotta l-gdida w nzommukom infurmati.

The above is purely fictitious satire and should be appreciated as such.