Mata Hari Mhux Ħatja

Mata Hari (Margarethe Geertuide Zelle, 1979-1917) magħrufa bħala żeffiena tinsab il-ħabs qed tikteb ittra li fiha tirrakkonta ħajjitha lill-avukat li iddefendiha fil-qorti mixlija għal spjunaġġ favur il-Ġermaniżi fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Instabet ħatja, saret talba lill-President Franċiż biex titbiddel il-piena.

Permezz ta’ din l-ittra Paolo Coelho joħloq ir-rumanz ‘The Spy’, ferm iżjed sabiħ min ‘Adultery’ l-aħħar wieħed li ħareġ qabel dan tal-lum. Il-kittieb jagħfas iżjed fuq dak li Mata Hari kienet tirrappreżenta fi żmienha u x’baqa’ jissemma dwarha. Il-ġrajja ma tafx sewwa sew jekk il-mara li bellħet Pariġi bis-sbuħija u ż-żfin tagħha kienitx tassew spjuna. Coelho jgħid li le. Iqiegħed f’ħalq l-avukat tagħha li jirrakkonta wkoll x’ġara b’dan il-kliem. ‘Jista jkun li jiġi jum li l-ġrajja tagħmel ħaqq miegħek, imma jiena qiegħed bejn ħalltejn. Inti ma tantx kont persuna mixlija bi spjunaġġ skont il-ħaqq imma xi ħadd li kellek il-kuraġġ tehodha kontra ċerti drawwiet. U għalhekk ma setgħetx titbiddillek il-maħfra”. Fi gwerra ma hemmx ħaqq.

L-awtur bħal f’rumanzi oħra jsaħħaħ l-argument tiegħu b’żewġ siltiet mill-Kotba Mqaddsa.

“Ħaġa oħra lmaħt taħt ix-xemx: fejn għandu jkun hemm il-ħaqq, hemm l-inġustizzji, fejn għandu jkun hemm is-sewwa hemm il-ħażen: u għedt f’qalbi ‘il-ġust u l-ħażin Alla jagħmel ħaqq minnhom , għax kull ħaġa għandha waqtha u kull għemil hemm ħaqq għalih’” (Koholet 16-18).

“Jekk xi ħadd ikun ser itellgħek il-Qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkhom fit-triq li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f’idejn l-esekutur tas-sentenza u dan imbagħad jitfek il-ħabs; għax kif ngħidlek jien ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallest sa l-anqas ħabba.” ( Luqa 12:58-59)

Żmien ta’ gwerra, ta’ ġlied, ta’ suldati għaddejjin, ta’ ġirien li ma jkellmux aktar lil xulxin u jtellgħu l-ilqugħ ta’ ħadid imxewwek. Il-biża’ fit-toroq, jista’ jkun li l-għadu qiegħed mistoħbi. Dak li jiġri issa, ġara l-bieraħ u ser jiġri għada. Xi ħoss il-bniedem – iċ-ċirku mxajtan li jġiegħlu jagħmel l-istess żbalji nisel wara nisel. L-ewwel debħa tal-gwerra hi d-dinjita’ tal-bniedem.  Telfiet ta’ battalji jitolbu vittma biex inessu.

Għall-Olandiża Mata Hari, Pariġi kienet kollox bħal ħolma fil-bogħod. Il-boxxla tal-kultura fejn “kont nitħalla nwettaq dak li kien aċċettat u dak li kien dnub.” Ħasbet li kienet bniedma li ser tbiddel id-dinja. Ħolmot li Franza ser tirbaħ il-gwerra malajr. Hekk rat kif għamlet biex il-Ġermaniżi jeħduha Franza għax għalihom setgħet tkun spijja mill-aqwa.

Bliet oħra bħal The Hague li kienet żaret fit-tfulija, kienu postijiet tal-waħx, issa bin-nies bil-kupuni biex ikollhom x’jieklu saru agħar. Il-ħajja ta’ bil-lejl intemmet, teatri u ħwienet tax-xorb ingħalqu. In-nies imdejqa, beżgħana, quddiemhom l-eqqel gwerra.

Ħafna ħabbewha. X’riedu minn għandha? Imma l-imħabba u n-namur kienu semm. Malli bniedem/bniedma jinnamraw jitlef il-ħolm tagħhom fuq ħajjithom. Il-ħajja tiġi mheddha għax min iħobb jaqdi lill-parti l-oħra u hekk jitlob kull sens ta’ tiġrib. L-imħabba hi perikuluża, bla tifsira. Ittajjar minn wiċċ id-dinja dak kollu li għandu xi iħobb. Darba fuq karozza: “ħarist lejn il-koppji madwari u ħassejtni dgħajfa għal kollox ; ħafna rġiel kienu madwari imma kont waħdi, mingħajr ħadd li jżommli idi. “

Skont l-avukat li diġa jaf li l-maħfra mhux ġejja: “wara snin fuq il-muntanja miksijja bis-silġ int spiċċajt bla ma temmen xejn fl-imħabba u amart li tiddawwar fil-qaddejja tiegħek. L-imħabba ma tobdi lil ħadd u tbiegħ lil dawk li jippruvaw isibu il-misteri tagħha. Illum int ħabsija tal-poplu Franċiż imma hekk kif ix-xemx titla’, inti tkun ħielsa.”

Fl-għodwa tal-15 ta’ Ottubru 1917 suldati Franċiżi iffuċillaw lil Mata Hari.

 

Ħajr lil Agenda Book Shop