Fejn Sejjer il-Korp tal-Pulizija

Il-kaz li kellna ricentament fil-qorti fejn persuna giet illiberata fuq traffikar ta’ droga wara l-mod ta’ kif tat ix-xhieda taghha ex-persuna fil-korp tal-pulizija, jerga’ jitfa’ lill-Korp tal-pulizija fl-ispotlight tal-ahbar. Jien mhux ser inkun qed nitkellem dwar dan il-kaz, izda nixtieq naghmel analizi ghaliex l-affarijiet sejrin hazin fil-korp tal-pulizija.

Jekk wiehed irid ikun sincier mieghu nnifsu jrid jghid li l-Korp tal-Pulizija ilu sejjer lura. Wara l-1998, jigifieri meta l-Partit Nazzjonalista rega kien fil-gvern u l-kummissjarju George Grech inqabad fi skandlu sesswali, il-Partit Nazzjonalista addotta strategija gdida. Din kienet li kemm jista’ jkun, il-korp ma jkunx taht l-attakk tal-midja tal-oppozizzjoni.

B’hekk minn meta Tonio Borg kien Ministru tal-Intern ’il quddiem bdew dehlin certu attitudnijiet li biex il-korp joqghod il-boghod mill-polemiki politici, jintghazlu persuni miz-zewg nahat, jigifieri, jkun hemm qbil, li ghal kull post vakanti, jintghazel wiehed Nazzjonalista u wiehed Laburista. Il-problema kienet li dawk appuntati mhux bil-fors kienu jkunu l-ahjar ghazla. Persuni tajbin, li ma kellhomx ziemel politiku bdew jitqabbzu. Dawk tajbin u setghu jsibu xoghol iehor bdew ihallu l-korp.

Dan l-arrangament beda jilhaq il-klassijiet u s-sezzjonijiet kollha tal-korp. Anki fl-SAG, li kienet sezzjoni  normalment assocjata u maghmula minn pulizija li kienu mitqiesa fidelissimi tal-Gvern Nazzjonalista, beda jsir dan l-irragunar. Tant kemm dan hu minnu, li din l-iskwadra kienet ghal xi zmien immexxija minn Raymond G. Zammit li wara lehaq Assistant Kummissjarju u kompla tiela’ l-iskaluni taht il-Gvern prezenti u lehaq Deputat Kummissjaru u anki jekk kien involut fi skandlu ikrah, xorta baqa’ jkollu r-rispett u l-fiducja tal-Gvern prezenti.

Tant kemm l-affarijiet bdew imorru ghall-aghar minhabba din is-sistema, li meta kien hemm l-irvell tal-immigranti , Zammit ma uzax l-SAG. Minflok gabar il-pulizija li kien hemm id-depot, li uhud minnhom kienu fuq xoghol klerikali, u minghajr ma inghataw gear ta’ protezzjoni, bl-uniformi li kellhom fuqhom ntbaghatu biex jaffaccjaw l-immigranti fferocjati. Kull ma nghataw kienet xi lembuba u tarka li wisq probabli kienet tappartjeni ghat-taqsima tal-S[pecial] M[obile] U[nit] – jigifieri s-sezzjoni specjali li kien hemm qabel l-S[pecial] A[ssignment] G[roup]. SMU spiccat wara l-elezzjoni tal-1987 u minflokha inholqot SAG. Zammit kien ha hsieb imexxi l-pulizja f’dan l-irvell. Hu baghat li dawn il-povri pulizija tad-depot fuq quddiem waqt li dawk tal-SAG baqghu fl-ombra. Fil-verita, tal-SAG kellhom ikunu huma fuq quddiem meta wiehed iqies li kellhom ilbies protettiv. Ara stejjer bhal dawn ma jilhqux il-midja!

Hafna hasbu li bil-kambjament fil-gvern l-affarijiet kienu ser jibdew imorru ghall- ahjar. Ghal bidu, hafna pulizja hasbu li l-ghazla ta’ Pietru Pawl Zammit kienet wahda tajba. Jien kont smajt kummenti tajba dwaru minn pulizja onesti li kienu imxebba jisimghu fl-akkademija diskorsi ta’ kif kellhom ikunu smart jew ufficjali jittestjaw u jaraw li l-lehja taghhom kienet imqaxxra tajba billi jghaddu tajjara ma’ wicchom u mbaghad meta ntbaghatu fl-ghases, bdew jindunaw li dak li tghallmu kien duhhan u l-korp kien imnawwar minn gewwa.

Pulizja Nazzjonalisti stess qaluli li kienu hadu pjacir meta lahaq Pietru Pawl Zammit bhala COP. Kienu jqisuh aktar uman minn ta’ qablu. Fuq kollox, il-pulizja jsegwu l-politika u bosta kienu semghuh jitkellem kemm il-darba qabel l-elezzjoni b’mod pozittiv u kien jaf verament x’kienu l-problemi tal-korp. Izda fil-verita’ Pietru Pawl Zammit bhala COP iddeluda bil-kbir u l-ghazliet li ghamel gabu fix-xejn kull principju ta’ meritokrazija. F’ghajnejn nies serji fil-korp, l-ghazliet tieghu dehru politici. F’xi kazijiet kien hemm sahansitra glied bejn spetturi Laburisti. Min fost il-Laburisti kellu l-akbar sapport tal-ministru baqa’, waqt li dawk li kellhom inqas sapport tqacctu.

Anki l-ghazla ta’ Emmanuel Mallia dehret f’ghajnejn hafna pulizija bhala wahda tajba. Sincerament kien jidher li ser jkun hemm caqlieq pozittiv fejn fost l-ohrajn, hafna fil-korp stennew li dawk li gabu kwalifiki mill-Universita’ u studjaw ser jaghmlu karriera. Gara bil-maqlub. Pulizija li llum ma ghadux fil-korp, fetah qalbu mieghi qalli li hu kien prattikament redikolat waqt interview ghaliex qallhom li mar jistudja l-universita’. Ma nahsibx li hemm ghalfejn inzid li din il-persuna ma haditx il-promozzjoni. Minflok lahqu ohrajn mitqiesha bhala tal-partit.

Il-loghba kerha li qed tintlaghab wara numru ta’ promozzjonijiet fil-korp hija dik fejn certu nies tal-partit ikunu akkomodati halli jirtiraw b’pensjoni ahjar. Dawn it-talin ikunu waslu ghall-penzjoni u ghalhekk qed jinghataw promozzjoni fir-rank taghhom. B’hekk il-promozzjonijiet ma ghadhomx parti minn sistema ta’ meritokrazija, izda premju li jinghata lis-sudditi fidili tal-korp.

Ghal dawk li huma barra minn din is-sistema, il-premji huma transfers vendikattivi. Jekk jinsabu f’xi skawdra specjali jintbaghtu go xi ghassa. Din tidher demozzjoni fil-korp. Imbaghad hemm trasferimenti minn ghassa ghall-ohra waqt li pulizija bla ebda kwalifika jigu trasferiti fi skwadri partikolari. Fuq kollox, jidher car li tezisti strategija minn fuq biex it-taqsima tal-investigazzjoni kriminali tithalla minghajr l-istaff necessarju u professjonali fiha. Il-laboratorji forensici huma dahqa f’wicc kulhadd. Wahda mill-problemi tal-korp hija li hemm nuqqas ta’ surgenti li huwa ir-rank principali fl-investigazzjoni ta’ bosta kazijiet u dawn il-postijiet mhux qed ikunu mimlija.

Il-frustrazzjoni tikber fost dawk il-membri tal-korp, li minhabba n-nuqqasijiet li hemm fl-ghases u fid-dipartimenti jispiccaw jaghmlu xoghol ta’ gradi ghola minnhom. Imbaghad imorru ghall-interview biex jiehdu l-post tax-xoghol li ga qed jaghmlu, u ghal xi raguni jew ohra ma jiehdux dak il-post u minflok jiskopru li dan inghata li xi bazuzlu.

Il-periklu li jinsab fih il-Korp tal-Pulizija llum huwa li dan dahal go fazi fejn ix-xoghol issa qed jidher biss li qed isir. Jigifieri d-dipartimenti jidhru minn barra li qed jiffunzjonaw meta dan mhux minnu. Din is-sistema tista’ tahdem ghal ftit zmien. Ministru jista’ jigi kkonvincut li ghandu l-korp jahdem, izda mbaghad, kif tinqala krizi, dawn l-istrutturi kollha jaqghu bhal mazz karti. F’dan l-ambjent, biex il-korp jidher li qed jiffunzjona, l-ufficjali jibdew jaghmlu show maz-zghir jew nies tal-affari taghhom. Izda mbaghad, fejn hemm l-ghadam, bhal ma hija l-kriminalita’ organizzata, ma jsir xejn. Kellna numru ta’ delitti f’dawn l-ahhar tliet snin. Kemm solvew minnhom il-pulizija?

Fuq kollox, meta d-decizzjonijiet fil-korp jibdew jittiehdu fuq bazi politika, ic-cansijiet huma li tizdied il-firda fl-istess korp. L-ewwel firda apparenti tkun dik bejn dawk Laburisti u dawk Nazzjonalisti u mbaghad bejn il-Laburisti infushom. Kull pulizija ghandu ghajnejh biex jara u widnejn biex jisma’ u jaf jgharaf decizzjoni minn ohra: kull pulizija ghandu mohh biex jinduna jekk promozzjoni kinetx abazi ta’ meritokrazija jew vilment ibbazata fuq partigjanizmu politiku.

Bl-oppost ta’ qablu, il-kummissarju Michael Cassar kien qed jidher f’ghajnejn il-membri tal-korp li kien qed jirrezisti ghall-interferenza politika. Huwa sigriet maghruf mal-membri tal-korp li kien hemm divergenzi bejnu u l-Ministeru tal-Intern prezenti. Bit-tluq ta’ Cassar, dan l-intopp issa twarrab u l-futur tal-korp xejn ma huwa sabih. Issa bdiet it-tieni nofs ta’ din il-legislatura u b’hekk il-pajjiz riesaq lejn elezzjoni u allura l-interferenzi politici jizdiedu jistghu u mhux jonqsu. F’dan il-kuntest, hafna pulizija jitilfu l-fiducja li verament l-affarijiet imsemmija fuq jistghu qatt jirrangaw. B’hekk, dan it-tip ta’ ambjent jista jkun li jwassal lill-istess pulizija biex tidhol f’alleanza mal-kriminalita’ organizzata.