Fejn huma l-Laburisti… ta’ Mario de Marco?

Din l-espressjoni baqghet maghrufa u regghet kienet fuq quddiem tal-memorja politika Maltija matul il-kawza li kien hemm il-qorti kontra Jason Azzopardi fuq malafama. Il-medja socjali bdiet iddawwar filmat ta’ meta Glenn Bedingfield tressaq il-qorti fl-1999 wara li l-Prim MInistru ta’ dak iz-zmien, Eddie Fenech Adami, kien fetah kawza kontra tieghu dwar ktieb li kien ippubblikat fuq l-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana. Meta hareg mill-qorti, Fenech Adami sab folla ta’ Laburisti ostili kontra tieghu. Kien f’dan il-kuntest li staqsa fejn huma l-Laburisti?

Illum ser nuza din l-espressjoni fir-rigward ta’ Mario de Marco. Fejn huma l-Laburisti? Mhux qed nghid dan ghaliex il-Laburisti genwini qeghdin ihallu lill-Moviment ta’ Joseph Muscat, izda minhabba dak li hareg dwar Mario de Marco fil-Malta Today.

L-istorja qed taghtini ragun. Jien kont l-ewwel wiehed li tlabt ghar-rizenja ta’ Mario de Marco fid-dawl tal-akkuzi li hargu fil-media dwar l-ikbar habib ta’ Mario de Marco, jigifieri Adrian Hillman. Il-media tkellmet dwar it-trusts ta’ Hillman barra minn Malta. Minhabba l-pozizzjoni ta’ Hillman f’The Times, tlabt li de Marco ghandu jirrezenja mill-kariga li ghandu fil-Partit Nazzjonalista. Meta jien kont ktibt dan l-artiklu fuq il-Malta Independent, l-aktar li hargu kontrija kienu l-Laburisti, bi Glenn Bedengfield ikun wiehed mill-ikbar apologist ta’ de Marco. Hafna laburisti hargu jghajruni u li kienu setghu haggruni talli tlabt ghas-serjeta’ fil-politika. Franco Debono, sahansitra staqsa jekk jien inhix akkademiku ta’ kalibru fid-dipartiment ta’ l-Istorja.

Maghhom harget tghajjarni l-Malta Today, b’Matthew Vella fuq quddiem. Mieghu hareg l-gurnalista ta’ The Times, Herman Grech.  Dan Grech hu l-istess gurnalista li wara l-elezzjoni kiteb artiklu qawwi dwar il-kawza tat-telfa Nazzjonalista u ddefenda l-hidma ta’ de Marco. Wara xi hadd qalli li Herman Grech kien wiehed mill-hbieb il-kbar ta’ Adrian Hillman. Ma nahsibx li hija kumbinazzjoni li Glenn Bedingfield ma jattakkax lil Herman Grech. Grech hu gurnalisti f’pozizzjonijiet gholja f’The Times. Tant kemm saru jahrqu l-affarijiet f’The Times, minhabba din il-hbiberija bejn Hillman u Grech, li xi hadd stqarr mieghi li telaq minn The Times.

Min-naha l-ohra, nifhem li l-Labour jaqbez ghal de Marco. Illum, il-gazzetti tal-Lejber jigu ppubblikati ghand The Times. Fi kliem iehor, il-Labour ma jistax idardar l-ghajn li jrid jixrob minnha.

Ghalhekk tghiduli ghaliex issa l-Labour qed idardar l-ilma u johrog ahbar bhal din fil-Malta Today? Hu fatt maghruf u rajnieh f’dan l-ahhar xhur, kif il-gvern prezenti juza l-Malta Today biex johrog ahbarijiet li l-origini taghhom tkun gejja minn files li huma tal-Gvern. Files tal-gvern spiccaw ikkwotati fil-Malta Today u dan seta’ biss isehh permezz ta’ xi hadd fil-gvern, minghajr dubju dan kien ikun f’Kastilja jew qrib hafna taghha.

Biex harget din l-ahbar dwar de Marco, bilfors li kien hemm xi assikurazzjoni x’imkien li ma jkunx hemm riperkussjoni minn The Times fuq min qed johrogha, jigifieri li l-Lejber ma jkollux problemi biex jippubblika l-gurnali tieghu ghand The Times. Nahseb li dan jghodd ukoll ghal Malta Today. B’hekk biex harget din l-ahbar, dak li harigha ried ikun persuna qrib The Times, u din il-persuna setghet tassigura dan il-fatt jew inkella din il-persuna tilfet kull kreditu ma’ The Times.

F’dan il-kuntest, din l-ahbar setghet tohrog ghaliex Mario de Marco ma setax jibqa jassigura l-garanziji politici li kien jassigura qabel u l-influwenza tieghu fil-partit ma’ ghadhiex b’sahhitha. Kif kont ktibt fl-artiklu tieghi fil-Malta Independent, dak li ghidt dwaru jmur lil hinn minn conspiracy theories. Il-provi qeghda tohroghom gurnal li kien qrib tieghu u sa ftit ilu kien jinsisti li de Marco jkun il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista.

Wara dan  il-kaz, Mario de Marco ser ikollu jitlaq. Il-kaz tieghu huwa aghar minn dak ta’ Joe Cassar. Inqieghed ghonqi taht mannara li Mario de Marco kien qed jigi rrikattat b’dan il-kaz u bhal ma jigri fir-rikatt, xi darba s-sigriet jinkixef. Illum wiehed jifhem ghala l-Malta Today u l-Lejber riedu lil de Marco. B’kazijiet bhal dan, il-mexxej kien ser ikun fil-but taghhom. Grazzi ghal fatt, li l-Lejber gie dahru mal-hajt, din l-istorja harget fil-media.

Bil-kxif ta’ dan il-kaz, The Times ser titnaddaf. Dawk li ser jiddispjacihom ser ikunu nies bhal Robert Musumeci, Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando, Ian Castaldi Paris u ohrajn tal-qata’ taghhom, ghaliex tilfu lil dak il-huttab  li seta’ jassigurahom li ser jibqghu fil-gvern ghal dejjem. Jigifieri meta jkun ic-cans tal-PN li jirbah l-elezzjoni, huma jghidu li qatt ma kienu mal-Partit Laburista. L-alleanza taghhom dejjem kienet lill-Moviment ta’ Muscat, Moviment maghmul minn Laburisti u Nazzjonalisti, izda qatt mal-Partit Laburista. Il-huttab li seta’ jaghmel dan ix-xoghol, indarab mill-gazzetta li hadd ma kien qed jistenna li ser tohrog din l-ahbar.

Dan juri fuq naha d-diffikulta kbira ta’ Joseph Muscat. Biss min-naha l-ohra, din l-ghaggla li tohrog din l-ahbar ser tkun ta’ gid kbir ghall-PN. It-team jew fazzjoni li waqqaf de Marco ser tmut mewta naturali. It-team PN rebah. U r-rebha giet grazzi ghal Joseph Muscat. Muscat kien li qatlu lil de Marco. It-tieni, issa l-Partit Nazzjonalista jista’ jitkellem bla diffikulta’ dwar Adrian Hillman. Fuq kollox, il-Partit Nazzjonalista jkun qed jaqta’ l-ghatx bil-perzut lil Muscat. B’hekk jekk din l-ahbar harget biex jigi salvat Mizzi, bit-tkeccija jew rezenja de Marco, Busuttil ikun qed juri lil Muscat li llum hu verament qed imexxi l-agenda tal-politika nadifa f’Malta.  Il-Lejber ma jkunx jista’ jghajjar lil Busuttil li hu ma kecciehx lil de Marco. Meta jaghmel hekk, Simon Busuttil ser jitqawwa u mhux jiddghajjef. Bit-tluq jew tkeccija ta’ Mario de Marco, Busuttil ser ikompli juri li huwa mexxej bil-“kukki” u verament irid politika nadifa ghal Malta. Muscat ma jibqaghlux triq ohra biex isegwi u jnehhi lil Mizzi.