MaltaWind

Panama papers, Mario de Marco u l-Monument ta’ Mintoff fil-Belt Valletta

Meta l-gimgha l-ohra ktibt l-artiklu dwar Alfred Sant u l-kuncett akkademiku ta’ hbieb tal-hbieb ghal dan is-sit elettroniku, kont ghidt li ma’ dan il-kuncett iridu jintrabtu  zewg hsibijiet ohra li hareg bihom il-Professur Jeremy Bossevain. Issa wiehed irid jiftakar li skont l-istess Mario de Marco, dan il-professur, bhall-akkademici kollha ta’ l-Universita’, kien jghix f’torri tal-avorju. Minn fuq dan it-torri, Bossevain induna li l-politika taghna ghandha fiha il-kuncetti ta’ klijent u patrun u dak ta’ huttab u fazzjonijiet.

L-istorja ta’ Panama papers qed turi li din ix-xibka ta’ hbieb ta’ hbieb testendi mill-Partit Laburista ghal dak Nazzjonalista. Mario de Marco hu l-habib ta’ Adrian Hillman li ssemma’ li ghandu trusts fil-Virgin Islands. Issa hareg ukoll li ghandu trusts il-Panama. Persuna ohra li qed tissemma hija Keith Schembri li hu c-Chief of Staff ta’ Joseph Muscat. Keith Schembri hu l-habib ta’ Adrian Hillman u Hillman hu l-habib ta’ Mario de Marco. Hija din it-tip ta’ hbiberija accettabbli ghall-elettorat Malti?

Maghhom qed jissemmghu aktar minn 600 kumpanija u nies f’Malta li ghandhom trust fil-Panama. Hadt pjacir nisma’ lil President Franciz jirringrazzja lill-gurnalisti  wara l-hrug tal-Panama papers. François Holland ir-ringrazzjahom talli kixfu l-ismijiet u l-kumpanji li qed jevadew it-taxxi.

Ghall-inqas Malta sa issa ghadna ma smajna xejn dwar l-ismijiet ta’ dawn il-kumpanijiet u nies. L-emfasi waqa’ fuq Konrad Mizzi. Jekk mhux ser nitkellmu car, din l-istorja ser ikollna konsegwenzi serji ghall-qasam finanzjarju f’Malta. Sa issa qed jitkellmu fl-Ewropa fuq l-Olanda u l-Lussemburgu bhala pajjizi fejn wiehed jista’ jevadi t-taxxi jew kif nafuhom bhala tax paradise. Izda Malta ghandha l-ligijiet fiskali taghha li jistghu issa jigu taht attakk.

Ma hemmx dubju li biex dawn in-nies minn Malta setghu jifthu dawn it-trusts fil-Panama, kellhom bzonn tal-huttaba jew brokers. Huwa importanti li l-media titkellem aktar dwar dan.

L-impressjoni li wiehed jiehu hija li f’daqqa wahda, sar ftehiem bejn iz-zewg partiti li jitkellmu biss dwar Konrad Mizzi. Min jitlob ir-rezenja tieghu. Min jiddefendih. Kwazi hadd ma hu qed jitkellem dwar Adrian Hillman. Minhabba l-pozizzjoni li kellu fil-media lokali, wiehed irid ikun zgur li ma kienx qed jircievi flus biex titmexxa agenda partikolari mahmuga. Meta kien hemm l-iskandlu tal-qassisin pedofili, smajna gurnata wara l-ohra dwarhom. Issa hawn skandlu ta’ Adrian Hillman u l-istess gurnali ma jridux jitkellmu fuqu. Il-fatt li bdiet investigazzjoni interna mit-Times ma jikkonvinci lill-hadd. Anki fil-kaz tal-qassisin, kien hemm proceduri fil-qorti, izda xorta The Times, hasset kif kellha dritt, li titkellem dwarhom u ghamlet sew. Issa Mario de Mario kkritikani ghax qed nitkellem fuq siehbu Hillman meta ghaddejja investigazzjoni interna mit-The Times. X’ipokresija. Illum jien x’garanzija ghandi li Adrian Hillman ma kienx qed jiehu l-flus biex The Times mexxiet kampanja kontra l-Knisja jew kontra Gonzi jew kontra xi pozizzjoni ohra? Waqt li The Times tghid li Hillman ma kellux influwenza fuq il-board editorjali taghha, sa issa ghada ma iddiskutitux kif suppost la fil-gazzetta stampata u l-anqas f’dik digitali u l-anqas fil-programm Times Talk.

L-argument li wiehed ma jitkellimx dwar dawn l-individwi minn Malta li qed jissemmghu fil-Panama papers ghax mhumiex eletti jew fil-politika ma jwassal mkien. Il-fatt li ma humix fil-politika ma jeskludihomx milli jkunu ‘accountable’ ghall-poplu. Fuq kollox, nies komuni u hafna nies fin-negozju huma obbligati li jhallsu t-taxxa sa l-inqas sold.

Il-kxif ta’ dawn l-ismijiet iista’ jghinna nifhmu ahjar ix-xibka ta’ hbieb ta’ hbieb u kif din qieghda tkun riflessa fil-politika lokali. Ghalhekk, mhux politikament korrett li tintalab biss ir-rezenja ta’ Keith Schembi u Konrad Mizzi. Ma ghandix dubju li dawn ma hux posthom f’Kastilja. Izda l-ghajta tal-Oppozizzjoni hija stunata jew hanqa ta’ hmar meta, waqt li l-Kap tal-Oppozizzjoni kien qed jaghti konferenza stampa ghar-rezenja taghhom, l-ikbar habib ta’ Adrian Hillman hu warajh.

L-aktar haga li tinkwetani hija li l-anqas il-Lejber ma hu qed jitlob ghar-rezenja ta’ Mario de Marco. Forsi jekk jaghmel hekk, ikun qed jitfa’ l-gebla fuq saqajh u jkollu jwassal ghar-rezenja ta’ Konrad Mizzi.  Dak li jghaggibni hu li Mario de Marco hu l-aktar politiku Nazzjonalista mfahhar mill-Oppozizzjoni. Tant li meta ktibt l-ewwel artiklu tieghi dwaru, hafna Laburisti qabzu ghalih u spiccaw jinsultawni.

Illum ser naghti ezempju iehor ta’ dan. Fil-posters li saru mill-Lejber ta’ personaggi li l-istess Lejber iqis bhala haga wahda ma’ Simon Busuttil, hemm nieqes dak li juri lil Mario de Marco.

Ic-cirasa fuq l-kejk tinsab fl-ahbar ricenti li l-Lejber qed iqies biex jaghmel monument lil Dom Mintoff gewwa l-belt Valletta. Jekk wiehed ihares kif ghalaqt l-artiklu tieghi ghall-Maltawinds ippubblikat 31 ta’ Marzu, dwar il-kuncett ta’ hbieb ta’ hbieb, kont ghidt li Joseph Muscat kien sab l-flus u anki l-post biex jaghmel monument ta’ Guido de Marco fil-Belt izda ma kellux flus ghall-monument ta’ Dom Mintoff fl-istess lokalita’. Jidher li dan l-artiklu, miktub fil-Maltawinds, kellu l-effett mixtieq ghax gab ir-reazzjoni tal-Gvern. Permezz ta’ The Times, tal-Hadd li ghadda, sirna nafu li l-Gvern ser jaghmel il-monument ta’ Mintoff fil-Belt. Well done Maltawinds! Anki jekk dan hu sit ta’ l-ahbarijiet pjuttost gdid, xorta wahda qed ikollhom influwenzi aktar milli wiehed jistenna. Din l-istorja qed turi li l-ahbarijiet fil-Maltawinds kapaci icaqalqu l-affarijiet f’dan il-pajjiz.