Nibqghu nirbhu l-istagjonalita’ turistika f’pajjizna

Skont l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika, ix-xahar ta’ Frar 2016 rega’ mmarka bhala xahar iehor rekord ghat-turizmu f’Malta.  Fi Frar li ghadda zaruna ’l fuq minn 81,000 turist, zieda ta’ kwazi 10% aktar minn Frar tas-sena l-ohra.  F’dawn it-tlett snin ta’ din il-legislatura, Frar irregistra zieda ta’ 20,000 turist fuq Frar tal-2013.

L-iljieli mqatta’ kibru b’10.4% fuq Frar 2015, filwaqt li l-infieq turistiku lahaq il-€58 miljun, tkabbir ta’ 9.6% li jissarraf f’€5 miljun aktar ta’ dhul dirett fl-ekonomija Maltija.

Il-Ministru ghat-Turizmu Dr Edward Zammit Lewis jilqa’ dawn ic-cifri ppublikati dalghodu b’sodisfazzjon kbir.  Il-Ministru Zammit Lewis qal li qed jerga’ jkollna xitwa eccellenti ghas-settur turistiku f’Malta fejn qeghdin nissuperaw ic-cifri li rregistrajna s-sena l-ohra, sena li kienet diga’ wahda rekord f’kull stagun, partikolarment f’dak xitwi.

L-ewwel xahrejn ta’ din is-sena immarkajna tkabbir ta’ 40,500 turist aktar minn dak registrat bejn Jannar u Frar 2013, li kienu l-ahhar xahrejn tal-Gvern precedenti.  Aktar minn hekk l-infieq turistiku bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena lahaq il-€124 miljun.  Dan issarraf f’€27 miljun aktar minn dak registrat fl-ewwel xahrejn tal-2013 u li jfisser tkabbir ta’ 28% fl-infieq turistiku fi żmien 3 snin.

Dawn ir-rizultati pozittivi qed juru bic-car li l-isfidi tal-istaggjonalita’ u dik ta’ attrazzjoni akbar ta’ turisti ta’ kwalita’ lejn pajjizna qed jigu meghluba bil-fatti, grazzi ghall-policies u l-vizjoni mhaddma minn dan il-Gvern flimkien mal-ghaqal u l-fiducja b’permezz tal-investiment mis-settur privat.  Dan kollu jkompli jixpruna lil dan il-Gvern sabiex flimkien mal-istakeholders kollha nwettqu l-hidma flimkien sabiex neghlbu sfida ohra, dik li aktar zghazagh Maltin ifittxu karriera fis-settur turistiku, settur li hu mutur ewlieni fl-ekonomija Maltija, temm jghid il-Ministru ghat-Turizmu Dr Edward Zammit Lewis.