Ikompli t-thassib fuq il-konsegwenzi tal-attakki fi Brussel

Diversi opinjonisti jinsabu inkwetati b’dak li gara llum fi Brussel, mhux biss minhabba li wegghu persuni izda ghall-konsegwenzi li dan jista jkollu anke fuq l-ekonomija. Maltawinds tablet il-kummet ta’ Aaron Farrugia f’dan ir-rigward.

Is-Sur Farrugia qal  li dawn l-attakki huma kontinwazzjoni ta` dak li rajna fl-aħħar xhur, l-attakki ta` Bataclan f` Pariġi, Ankara, Kosta tal-Avorju u bliet oħra. L-ikbar riperkussjonijiet ġeopolitiċi huma mmedjati, Brussels tinsab f lockdown, il-metro station u l-airport magħluqin. Bl-istess mod, numru ta` bliet Ewropej qegħdin fuq ‘alert at high level’. Wieħed jistenna li s-sigurta` f`dawn il-bliet, għal jiem u ġimgħat li ġejjin tkun massima jghid is-Sur Farrugia/

Is- Sur Farrugia jkompli janalizza c-cirkustanza billi jghid li l-mexxejja politiċi se jibdew jevalwaw is-sistema Schengen u jekk il-prattiċi preżenti humiex jiffaċilitaw attakki terroristiċi u l-moviment ta` terroristi minn post għal ieħor. Ir-Renju Unit, pajjiż li mhuwiex membru taz-zona Schengen, irnexxielu jwaqqaf attakki terroristici fil-ħin, mhux biss grazzi għas-sistemi ta` sigurta` u intelligence eċċezzjonali, iżda wkoll għax hu diffiċċli ħafna tidħol fil-pajjiż b`mod faċli.

Fl-Analizi tieghu Farrugia ma jeskludix li  b`dak li ġara dalgħodu, il-ftehim mat-Turkija jerġa jiġi rikunsidrat. Il-ftehim jitkellem dwar negozjati iktar mgħaġġla biex it-Turkija tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma sistema ta` visas iktar spedita u €6M f`fondi.

Farrugia jsostni li għalkemm il-maġġoranza tal-Brittaniċi huma kontra li r-Renju Unit joħrog minn membru fl-Unjoni Ewropea u dan għal ħafna raġunijiet, fosthom dawk ekonomiċi, l-attakki terroristici tal-llum se jilgħabu rwol importanti biex iktar nies jibdew jikkunsidraw l-għażliet quddiemhom. Għalhekk nistenna żieda fl-ammont ta` nies li fil-mument jikkunsidraw b`serjeta li ma jibqgħux membri jzid Farrugia.

Farrugia jikkonsidra anke x’ inhu jigri fil-Partiti tal-lemin estrem. Fl-aħħar ġimgħat segwejna elezzjonijiet reġjonali fil-Ġermanja u l-ħolqien ta` partit ġdid tal-lemin estrem li kiseb suċċessi kbar f`dawn l-elezzjonijiet. Dawn l-attakki terroristiċi se jżidu mal-popolarita` ta` dawn il-partiti, anke jekk ma jagħtu ebda soluzzjonijiet tanġibbli u prattiċi. L-attakki se jagħtu lok għal żieda ta` kummenti razzisti, kummenti ta` aħna u huma. Iżda ftit jafu li Salah Abdesalam, il-moħħ wara l-attakki ta` Pariġi twieled u għex fil-Belġju. Għandu oriġini Marokkini iżda huwa Ewropew daqsna lkoll. Li jfisser li argumenti bħal itfawhom kollha l-barra, u ddaħlux iktar musulmani, ma jagħmlu ebda sens. U allura t-terrorizmu għandna nikkombattuh magħqudin flimkien, b`sistemi ta` sigurta iktar b sahhithom, flimkien ma` policies ċari li jkissru il-fenomenu ta` ghettoisation li qiegħed iwassal biex żgħażagħ u tfal li kibru fl-Ewropa jħossuhom barranin, b`valuri u prattiċi li zgur mhumiex Ewropej, ċivili u demokratici.