MaltaWind

Malta b’rata ta’ fertilità inqas mill-medja tal-UE

Ir-rata ta’ fertilità f’Malta hija ftit inqas mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li r-rata f’Malta fl-2014 kienet ta’ 1.42, il-medja tal-UE kienet ta’ 1.58. 

Minn stħarriġ li sar mill-Eurostat, ir-rata ta’ fertilità fl-UE telgħet minn 1.46 fl-2001 għal 1.58 fl-2014. Għall-kuntrarju ta’ dak li seħħ fil-maġġoranza tal-istati membri, ir-rata ta’ fertilità f’Malta naqset minn 1.48 (2001) għal 1.42 (2014). 

L-ikbar rata ta’ fertilità kienet irreġistrata fi Franza (2.01). Isegwu l-Irlanda (1.94), l-Iżvezja (1.88) u r-Renju Unit (1.81). L-ikbar żidied kienu rreġistrati fil-Latvija (+0.43), ir-Repubblika Ċeka (+0.38), l-Islovenja (+0.37) u l-Litwanja (+0.34). 

L-inqas rata kienet irreġistrata fil-Portugal (1.23), Greċja (1.30), Ċipru (1.31), Spanja u l-Polonja (1.32) u l-Italja u l-Islovakja (1.37). L-ikbar tnaqqis kien irreġistrat f’Ċipru (-0.26), il-Portugal (-0.22) u l-Lussemburgu (-0.16). 

Sentejn ilu f’pajjiżna twieldu 4,191 tarbija. Fil-pajjiżi tal-UE twieldu  5,131,500 tarbija. Meta mqabbel mal-2011, sentejn ilu twieldu 68,552 tarbija iżjed. F’Malta, filwaqt li fl-2011 twieldu 3,957, fl-2014 twieldu 4,191 tarbija.  

L-età medja ta’ dawk li welldu l-ewwel tarbija kienet ta’ 28.6. F’dan ir-rigward, Malta tinsab fl-istess ilma tal-medja tal-UE (28.8).